Jekk għandek bżonn interpretu, ċempel lis-Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar fuq 131 450.
Għala għandek titlaqqam
Il-vaċċini huma siguri u effettivi biex jipproteġu n-nies milli jimirdu gravi bil-COVID-19. Hu importanti li żżomm ruħek aġġornat rigward it-tilqim biex tkun żgur li jkollok il-protezzjoni massima kontra l-virus.
Kif titlaqqam
Il-vaċċini jistgħu jinkisbu mingħand:
- It-tobba tal-familja
- Klinika Respiratorja
- Spiżeriji
- Servizzi tas-saħħa komunitarja.
Int għandek titkellem ma' tabib tal-familja jekk għandek kundizzjonijiet li kienu jeżistu qabel jew m'intix żgur dwar kemm-il doża għandek bżonn.
Il-vaċċini huma bla ħlas, u int m'għandekx bżonn il-kard tal-Medicare biex titlaqqam.
Min jista' jiġi mlaqqam
Kulmin għalaq 5 snin u akbar hu eliġibbli għat-tilqima. Xi tfal li għandhom 6 xhur u dawk li huma iżgħar minn 5 snin huma eliġibbli għat-tilqima jekk huma:
- għandhom l-immunità kompromessa
- għandhom diżabilità
- għandhom kundizzjonijiet multipliċi tas-saħħa.
Hemm tilqima bivalenti li l-mira tagħha hija l-varjanti Omicron bħala doża booster għal kulmin għalaq 18-il sena u akbar.
Kellem lil tabib tal-familja dwar kemm-il doża u liema tilqima hi rrakkomandata għalik u għat-tifel/tifla tiegħek. Għal aktar tagħrif, żur Mur .
Wara t-tilqima tiegħek
Għandu mnejn ikollok xi effetti sekondarji bħal uġigħ fejn daħlet il-labra, għejja, uġigħ fil-muskoli, deni jew tkexkix ta' bard u uġigħ fil-ġogi. L-effetti sekondarji huma normali u sinjal li t-tilqima qed taħdem. Is-soltu jkunu ħfief u jgħaddu wara ġurnata jew tnejn.
Effetti sekondarji serji huma rarissimi. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk int inkwetat, jew jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji m'għaddewx wara ftit ġranet.
Dwar it-tilqim tal-COVID-19
It-tilqim kollu jrid jissodisfa standards stretti tas-sigurtà determinati mill-Australian Therapeutic Goods qabel ma jkunu jistgħu jintużaw fl-Awstralja. Huma amministrati minn prattikanti tas-saħħa kwalifikati.
Fl-Awstralja hemm 4 tilqimiet li huma approvati għall-użu:
- Pfizer
- Moderna
- Novavax
- AstraZeneca
Il-persuni jistgħu jirċievu tilqimiet differenti skont l-età u l-kundizzjoni medika tagħhom. Kellem lil tabib tal-familja biex tkun taf liema tilqima hi tajba għalik.
Aktar informazzjoni
Ibbukkja d-doża tiegħek li jmiss għand it-tabib tal-familja jew l-ispiżerija lokali tiegħek billi tuża l-għodda biex issib klinika . Tista' wkoll iċċempel lin-National Coronavirus Helpline fuq1800 020 080 għal aktar tagħrif.
Reviewed 08 December 2022