Victoria government logo
coronavirus.vic.gov.au

Pariri fuq is-saħħa u r-restrizzjonijiet (Health advice and restrictions) - Malti (Maltese)

Parir biex timmaniġġja u tipproteġi lilek innifsek mill-COVID-19.

Jekk għandek bżonn interpretu, ċempel lis-Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar fuq 131 450.

Ipproteġi lilek innifsek u lill-oħrajn mill-COVID-19

Il-COVID-19 għadu jiċċirkola fil-komunità. Xorta waħda jista' jmarrad lil xi persuni severament. Il-protezzjoni tiegħek innifsek hi l-aħjar mod kif tipproteġi lill-oħrajn. Ma tistax ixxerred il-COVID jekk ma taqbdekx il-COVID.

Mur agħmel it-test

Oqgħod id-dar u agħmel it-test rapidu tal-antiġen (RAT) jekk int:

  • għandek sintomi bħal imnieħer inixxi, uġigħ tal-griżmejn, sogħla, deni, jew tkexkix ta' bard.
  • kuntatt ma' xi ħadd li għandu l-COVID-19.

Jekk tittestja negattiv, int xorta waħda għandek tibqa' tuża t-testijiet rapidi tal-antiġen għall-ftit ġranet li ġejjin u tibqa' d-dar sakemm jgħaddu s-sintomi.

Jekk tittestja pożittiv meta tuża t-test rapidu tal-antiġen int għandek tirrapporta r-riżultat tiegħek lid-Dipartiment tas-Saħħa. Int tista' tirrapporta r-riżultat onlajnExternal Link jew billi ċċempel1800 675 398. Jekk tirrapporta r-riżultat tiegħek, int tista' tikseb kura medika u mediċini tal-COVID bla ħlas.

Staqsi t-tabib tal-familja għal PCR test jekk tista' timrad gravi bil-COVID-19. M'għandekx bżonn tirrapporta r-riżultat tiegħek jekk tittestja pożittiv mill-PCR test.

Ikseb aktar tagħrif fuq Agħmel Test tal-COVID-19External Link .

Ħu ħsieb saħħtek

Jekk tittestja pożittiv għall-COVID-19 int għandek tistrieħ u kellem lil tabib tal-familja. Il-biċċa l-kbira tan-nies ser ikollhom sintomi ħfief u jistgħu jgħaddu għall-aħjar id-dar. Int għandek:

  • Toqgħod id-dar għal tal-lanqas 5 t'ijiem. Tmurx għax-xogħol jew l-iskola. Evita sptarijiet, faċilitajiet tal-kura tal-anzjani, u servizzi tad-diżabilità.
  • Ilbes maskra jekk ikollok bżonn tħalli darek ta' bilfors f'emerġenza. L-aħjar maskri huma dawk tal-operazzjonijiet jew N95.
  • Avża lill-persuni li tkun rajt jew postijiet fejn kont dan l-aħħar li għandek il-COVID.

Jekk is-sintomi tiegħek imorru għall-agħar, int għandek tkellem lit-tabib tal-familja jew ikkuntattja Klinika Respiratorja tal-GPExternal Link .

Tista' wkoll iċċempel lin-National Coronavirus HelplineExternal Link fuq1800 020 080.

Ċempel lid-Dipartiment tal-Emerġenza Virtwali ta'l-VictoriaExternal Link għal kura urġenti jekk ma tistax tkellem lil tabib tal-familja.

F'każ ta' emerġenza ċempel Żero Tripplu (000).

Int tista' tkun infettiv sa 10 t'ijiem. Int għandek toqgħod id-dar jekk għandek imnieħer inixxi, uġigħ fil-griżmejn, sogħla, deni, tkexkix ta' bard, għaraq, jew qtugħ ta' nifs. Uża test rapidu tal-antiġen jew kellem lil tabib tal-familja jekk m'intix żgur.

Sapport

Għal aktar tagħrif:

Biex titkellem ma' xi ħadd:

Staqsi dwar il-mediċini tal-COVID

Il-mediċini tal-COVID isalvaw il-ħajjiet u jżommu lin-nies milli jimirdu gravi bil-COVID-19. Għandhom jittieħdu kmieni kemm jista' jkun u fi żmien 5 t'ijiem minn meta timrad biex ikunu l-aktar effettivi.

Wieġeb dawn il-mistoqsijietExternal Link biex tkun taf jekk intix eliġibbli għall-mediċini tal-COVID. Kellem lil tabib tal-familja jekk taħseb li int eliġibbli. Tabib tal-familja jista' jgħinek biex jiġi żgurat li persuni eliġibbli jirċievu l-kura malajr

Għal aktar tagħrif ara Antivirali u mediċini oħraExternal Link .

Ilbes maskra

Il-maskri jistgħu jżommuk milli taqbdek u xxerred il-COVID-19. Il-maskri għandhom ikunu ta' kwalità tajba u joqogħdu sewwa mal-wiċċ. Maskri (respiratorji) N95 u P2 jagħtu l-aktar protezzjoni.

Int għandek tilbes maskra:

  • fuq it-trasport pubbliku, ġewwa postijiet pubbliċi, u barra f'post iffullat.
  • jekk għandek il-COVID-19 u jkollok bżonn tħalli d-dar ta' bilfors
  • jekk int jew qiegħed ma' xi ħadd li intom f'riskju għoli li timirdu gravi.

Tfal li għalqu s-sentejn jew iżgħar m'għandhomx jilbsu maskra għax hemm riskju li tifgahom u li huma soffokanti.

Għal aktar tagħrif ara Maskri tal-wiċċExternal Link .

Ħu d-doża tal-vaċċin li jmissek

Il-vaċċini huma l-aħjar mod biex tipproteġi lilek innifsek u lill-familja tiegħek milli timirdu gravi bil-COVID-19. Int għandek iżżomm ruħek aġġornat rigward it-tilqim irrakkomandat għalik. Kellem lil tabib tal-familja biex tkun taf kemm dożi huma rrakkomandati.

Int xorta waħda għandek titlaqqam jekk kellek il-COVID-19. Użal-għodda biex issib klinika tal-vaċċinExternal Link biex tibbukkja d-doża li jmissek għand it-tabib tal-familja jew fl-ispiżerija lokali.

Għal aktar tagħrif ara it-tilqima COVID-19External Link .

Ħalli l-arja friska tidħol ġewwa

Il-COVID-19 tinfirex fl-arja. Li tħalli l-arja friska tidħol f'post fuq ġewwa jista' jnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-COVID-19. Fejn hu possibbli iftaħ it-twieqi jew il-bibien meta tkun qed tiltaqa' ma' persuni oħra fuq ġewwa. Jekk ma tistax, int tista' tuża apparat portabbli li jnaddaf l-arja (filtru HEPA) li jneħħi l-partikoli aerosol mill-arja.

Għal aktar tagħrif ara VentilazzjoniExternal Link .

L-irkuprar mill-COVID19

Ħafna persuni ser iħossuhom ma jifilħux mill-COVID-19 wara li ma jkunux aktar infettivi. Ħalli lil ġismek jieħu l-kura u żmien biex jirkupra sew.

Int għandek tistenna 3 xhur wara li tkun infettat, qabel ma tieħu d-doża tiegħek li jmiss tal-vaċċin. Dan ser jiżgura li tikseb l-aħjar protezzjoni kontra l-virus.

Tista' terġa' taqbdek il-COVID-19 malajr wara 4 ġimgħat li tkun irkuprajt. Jekk kellek sintomi 4 ġimgħat jew aktar wara li tkun infettat, int għandek tagħmel it-test.

Il-COVID ta' żmien twil iseħħ meta s-sintomi tal-COVID-19 idumu aktar minn 3 xhur. Int għandek tara lit-tabib tal-familja li jista' jgħinek timmaniġġja s-sintomi tiegħek jew jirreferik għand speċjalista jekk ikun hemm bżonn.

Sib aktar tagħrif dwar il-COVID ta' żmien twilExternal Link .

Jekk int kuntatt

Int tinsab f'riskju li tiżviluppa l-COVID-19 jekk toqgħod f'dar ma' ħaddieħor jew jekk kellek kuntatt mill-viċin ma' xi ħadd li ittestja pożittiv.

Int għandek timmonitorja s-sintomi u tittestja regolarment għal 7 t'ijiem wara l-kuntatt tiegħek ma' xi ħadd li ttestja pożittiv. Matul dan iż-żmien, hu rrakkomandat li int:

  • tevita sptarijiet, faċilitajiet tal-kura tal-anzjani, u servizzi tad-diżabilità
  • ilbes maskra meta tħalli d-dar, inkluż fuq trasport pubbliku u spazji fuq ġewwa bħal fejn taħdem u skola
  • ħalli l-arja friska tidħol ġewwa billi tiftaħ it-twieqi, fejn hu possibbli

Għal aktar tagħrif dwar Lista tal-iċċekkjar tal-kuntattiExternal Link .

Reviewed 08 December 2022

Coronavirus Hotline

Call the Coronavirus Hotline if you have any questions about COVID-19.

The Victorian Coronavirus Hotline diverts to the National Coronavirus Helpline every night between 4pm and 9am.

Please keep Triple Zero (000) for emergencies only.

Was this page helpful?