Victoria government logo
coronavirus.vic.gov.au

Ivvjaġġar u trasport (Travel and transport) - Malti (Maltese)

Tagħrif għall-vjaġġaturi li ġejjin fil-Victoria minn kwalunkwe parti tal-Awstralja jew minn barra l-Awstralja.

Jekk int inkwetat, ċempel il-Linja t’Apposta (hotline) tal-Coronavirus fuq 1800 675 398 (24 siegħa).
Jekk għandek bżonn interpretu, ċempel lit-TIS National fuq 131 450, jew ċempel il-Linja t’Apposta (Hotline) tal-Coronavirus fuq 1800 675 398 u agħfas il-buttuna 0.
Jekk jogħġbok uża biss Żero Tripplu (000) f’każ ta’ emerġenza biss.

Vjaġġi bejn l-Istati

Int mhux ser ikollok bżonn tidħol fi kwarantina jew ikollok permess biex tidħol ġewwa l-Victoria minn stat jew territorju ieħor Awstraljan biex iżżur, taħdem, tittransita, jew jekk int resident transkonfinali.

Int m'għandekx bżonn permess jekk int temmejt il-kwarantina tiegħek f'lukanda fi stat ieħor u tixtieq tidħol ġewwa l-Victoria.

Residenti tal-Victoria li jittestjaw pożittiv għall-COVID-19 fi stat ieħor jistgħu jirritornaw id-dar biex jiżolaw. Int m'għandekx tivvjaġġa bl-ajruplan u int għandek tieħu prekawzjonijiet biex tevita li tpoġġi persuni oħra f'riskju waqt li tkun qed tivvjaġġa.

M'għandekx bżonn permess jekk int ħaddiem tas-servizzi tal-ekwipaġġ tal-ajru domestiku jew internazzjonali.

Int trid issegwi l-Ordnijiet Pandemiċi kollhaExternal Link li jeżistu waqt li tkun fil-Victoria. Jekk tibda tħoss kwalunkwe sintomu tal-COVID-19, jekk jogħġbok mur minnufih għat-test f'wieħed mill-ħafna siti tal-ittestjarExternal Link madwar il-Victoria.

Lil min nista' nċempel jekk għandi bżonn l-għajnuna?

Jekk għandek bżonn l-għajnuna ċempel in-Numru t'Apposta tad-Dipartiment tas-Saħħa tal-Victoria għall-COVID-19 fuq 1800 675 398.

Jekk għandek bżonn interpretu bit-telefown, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-TIS National fuq 131 450.

Tagħrif għall-vjaġġaturi minn barra l-Awstralja

Iċċekkja l-obbligi tal-Gvern tal-Commonwealth għad-dħul tiegħek

Dawk kollha li jaslu minn barra l-Awstralja (inkluż dawk li qed jaslu bil-baħar) iridu jissodisfaw l-obbligi tad-dħul tal-Gvern tal-Commonwealth, inkluż li jiddikjaraw l-istatus tagħhom tat-tilqim u jimlew id-dikjarazzjoni diġitali tal-passiġġier.

Għal aktar tagħrif, ara l-obbligi tad-dħul tal-Gvern tal-Commonwealth għal vjaġġaturi li deħlinExternal Link jewgħas-setturi tal-ajru u tal-baħarExternal Link .

Meta tasal fl-Awstralja

Il-vjaġġaturi kollha internazzjonali (u l-ekwipaġġ internazzjonali u l-ħaddiema marittimi) li jaslu fil-Victoria, ikun xi jkun l-istatus tat-tilqim:

  • huma rrakkomandati bil-qawwa li jagħmlu test rapidu tal-antiġen jew test PCR fi żmien 24 siegħa minn meta jaslu fl-Awstralja
    • int m'għandekx għalfejn tagħmel awtokwarantina waqt li qed tistenna r-riżultat.
  • trid tagħmel il-PCR jew test rapidu tal-antiġen jekk tiżviluppa sintomi tal-COVID-19 fi żmien 7 ijiem minn meta tasal fl-Awstralja
  • trid issegwi s-settings kollha tal-COVIDSafeExternal Link li hemm fis-seħħ, bħal l-ilbies tal-maskri meta jkun meħtieġ
  • tista' tmur direttament fi stat jew territorju ieħor wara li tasal fil-Victoria

Reviewed 29 April 2022

Coronavirus Hotline

Call the Coronavirus Hotline if you need help to report a rapid antigen test (RAT) or if you have any questions about COVID-19.

The Victorian Coronavirus Hotline diverts to the National Coronavirus Helpline every night between 6pm and 8am.

Please keep Triple Zero (000) for emergencies only.

Was this page helpful?